Meta l-Partit Nazzjonalista ma jiħux dak li jrid, isabbat siequ u jattakka lil kull min ma jagħmilx kif jippruvaw jiddettaw huma.
Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista b’reazzjoni għall-attakk li fetaħ fuq il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din id-darba kien imiss il-Kummissarju għall-Istandards li fir-rapport tiegħu dwar stqarrija maħruġa, esprima ġudizzju differenti minn dak li xtaqu huma.
Dak li inkiteb dakinhar għadu jgħodd sa issa. L-Oppożizzjoni ma jinteressahiex milli l-affarijiet isiru sewwa iżda taddotta two weights, two measures skont dak li jaqdi l-interessi partiġġjani tagħhom bl-aħjar mod.