Meta l-Partit Laburista jsejjaħli dejjem inkun hawnhekk.
Qal dan l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat, meta kien qed jiġi intervistat waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq il-Partit Laburista.
Huwa żied jgħid kif il-missjoni tal-Partit Laburista, minn dejjem kienet li jgħin lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn u li jara li jgħin li dawk li jridu jimxu ‘l quddiem fil-progress soċjali, jkunu jistgħu jagħmlu dan.
Hawn Dr. Muscat, saħaq dwar l-importanza li nkunu qrib in-nies u l-familji – fid-dawl ta’ Oppożizzjoni li m’għandhiex x’toffri.
Stqarr jgħid kif lura fl-2022, il-Partit Laburista, wiegħed programm elettorali b’saħħtu – li huwa importanti li dan jitwettaq.