Kien bħal llum tmintax-il sena ilu, li l-Pulizija nħasdu mhux ftit bil-qtil ta’ PC 525, Mark Farrugia. Ta’ 23 sena biss, kien safa vittma ta’ tir sparat lejh meta kien fuq l-għatba tad-dar ta’ ommu u missieru, u hu jirritorna lura minn lejl ta’ xogħol, nhar l-20 ta’ Marzu 1999.
Il-kollega tiegħu kien instab ħati tal-qtil.
“Mark, we salute you” kitbu l-Pulizija fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook.