Il-kċina Maltija serqt ix-xena f’Ikla speċjali ‘MICHELIN Four-Hands’ organizzata minn VisitMalta u Michelin f’Sola Restaurant f’Soho, Londra.
MICHELIN Four Hands huma ikliet kollaborattivi regolari li jaraw koki tal-aqwa klassifikazzjoni internazzjonali jingħaqdu biex iħejju menu b’togħma speċifika għal lejl wieħed. Avvenimenti bħal dawn huma kollaborazzjonijiet ta’ tisjir ta’ darba li jagħtu lill-kok magħżul iċ-ċans li jippreżenta l-platti li ħoloq hu stess jew oħrajn ġodda maħduma mal-kok li jospita.
Four Hands ġiet deskritta minn MICHELIN bħala “kollaborazzjonijiet li jduru d-dinja u li jaqbżu l-konfini kulturali”.
MICHELIN għażlu lill-kok Victor Borg biex jipparteċipa f’dan l-avveniment flimkien mat-tim tiegħu, u biex jingħaqad ma’ Chef Patrun Victor Garvey mis-Sola Restaurant ta’ Londra għal fużjoni indimentikabbli.
Chef Victor Borg u Chef Victor Garvey ħejjew b’attenzjoni menu b’togħma ta’ sitt platti, biż-żewġ koki jippreparaw tlieta kull wieħed. Il-menu kellu l-influwenza Maltija msejsa sew fih, flimkien ma’ nbid Malti, li kien esportat minn Malta, speċjalment għal dan l-avveniment.