L-Iżvezja uffiċjalment nediet studju dwar il-ħajja sesswali taċ-ċittadini, liema studju se jdum sejjer tliet snin. Dan se jkun l-ewwel studju tat-tip tiegħu wara 20 sena.
Il-Minsitru għas-Saħħa Garbiel Wikstrom qal li politika dwar is-saħħa sesswali m’għandhiex tkun imnebbħa biss mill-problema, iżda anke mill-pjaċir li kapaċi jagħti s-sess.
Stħarriġ imewttaq minn tabloids Żvediżi jindika li dawn qed jagħmlu inqas sess. Permezz ta’ dan l-istudju, il-Gvern irid ikun jaf jekk hux vera, u għaliex.
L-istress jaf huwa problema fil-ħajja sesswali tan-nies. Il-Ministru qal li huwa paradoss li f’ħajja fejn kull fejn indawwru wiċċna nsibu s-sess irriklamat, dan is-suġġett għadu assoċjat ma’ ċertu sens ta’ mistħija u ma ssibux f’dibattiti politiċi.
Ir-riżultati tal-istħarriġ se joħorġu f’Ġunju tal-2019.