It-Turkija bblukkat l-aċċess kollu fil-pajjiż għall-enċiklopedija onlajn, Wikipedia. Sit li jitqies bħala wieħed mill-aktar popolari madwar id-dinja.
Sa issa għadu mhux ċar għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni.
Il-grupp Turkey Blocks qal li s-sit ma setgħax jiġi aċċessat mit-8:00 ta’ filgħodu wara ordni li ngħatat mill-awtoritajiet Torok.
Ċittadini li jinsabu fil-kapital tat-Turkija, l-Istanbul, ma setgħux jaċċessaw il-paġni tal-Wikipedia mingħajr ma jagħmlu użu minn netwerk virtwali privata.