Il-familja ta’ tfajjel fl-Ingilterra ippubblikat ritratti xokkanti ta’ binhom ta’ 15-il sena.
It-tifel kien nieżel minn karozza tal-linja, fi triqtu lejn id-dar mill-iskola, meta safa attakkat, bir-riżultat ikun wiċċ minfuh u kollu demm. Ħabiba tal-familja użat Facebook biex ippubblikat ir-ritratti u talbet għall-għajnuna, bil-kliem: ‘Please, if anyone saw anything please tell the police.’ u ‘I’m sharing this with his mum’s permission.’
Il-Pulizija wkoll qed tappella biex min għandu informazzjoni dwar l-attakk li seħħ fid-dawl tax-xemx f’South Wales, jitkellem. Ġuvni ta’ 17-il sena kien arrestat b’rabta ma’ dan il-każ estrem ta’ bullying.