Anomalija fuq Facebook, dik magħrufa bħala ‘bug’ wasslet biex ħafna persuni kienu immarkati mejta fuq il-ħajt virtwali tagħhom…dak li nafuh bħala l-‘wall’.
L-iżball seħħ nhar il-Ġimgħa, meta s-sit soċjali tella’ banner li sab ruħu fuq walls ta’ dawk li suppost ħallew din id-dinja. Il-problema hi li ħafna minn dawn in-nies għadhom ħajjin…tant li ħafna minnhom kitbu fuq Facebook stess biex ħadd ma jinkwieta, jikkonermaw li għadhom fostna f’din id-dinja.
“Kien żball terribbli li issa tranġa” qal kelliem għal Facebook, filwaqt il skuża ruħu f’isem il-kumpanija.
Il-banner deher fuq il-paġna ta’ ħafna nies, inkluż il-kap eżekuttiv ta’ Facebook stess, Mark Zuckerberg
“Nittamaw li n-nies li jħobbu lil Mark jikkonslaw fl-affarijiet li jinxterdu fuq Facebook li jfakkru u jiċċelebraw meta kien ħaj” – hekk spiċċa inkiteb fuq il-paġna tiegħu.
Bla dubju kienu bosta dawk li ħadu l-opportunità biex jiċċajtaw, u kitbu affarijiet bħal “iħossni grata li għadni ħajja!”