Richard Cachia Caruana, eks rappreżentant permanenti fi Brussell, kien jitħallas id-doppju ta’ dak li kien jitħallas ambaxxatur ieħor fl-istess belt Ewropea.
Tagħrif mogħti iktar kmieni din il-ġimgħa juri kif l-eks strateġist tal-Partit Nazzjonalista kellu arranġamenti speċjali li għamlu għalih il-gvernijiet ta’ Lawrence Gonzi.
Cachia Caruana huwa wkoll biċċa waħda ma’ Simon Busuttil tant li jiftaħar li kien hu li bdielu l-karriera politika u għandu influwenza fuqu sal-lum.
Meta kull ambaxxatur kien jitħallas fuq skala tlieta, Cachia Caruana kien jitħallas fuq skala wieħed u magħhhom żiedulu għaxra fil-mija.
L-ambaxxaturi jinqatalgħom ukoll dak li jissejjaħ rent element meta jkollhom l-akkomodazzjoni provduta mill-gvern, iżda anke hawn Cachia Caruana rranġa ‘deal’ differenti.
Mill-elfejn u disgħa dan il-qtugħ ma baqax isir fil-każ ta’ dan l-individwu. Barra minn hekk, fl-2009, il-global emoluments ta’ Cachia Caruana kienu marbuta ma’ indiċi ferm ogħla minn ta’ l-ambaxxaturi fi Brussel u ambaxxaturi oħra, li kienu jiġu riveduti kull sena. L-ambaxxaturi l-oħra ma żdiedux qabel l-elfejn u erbatax.
Huwa għalhekk li jirriżulta li matul il-perijodu li okkupa l-kariġa, Cachia Caruana tħallas kważi d-doppju ta’ dak li kien jieħu ambaxxatur residenti fi Brussel.
Meta ambaxxatur fi Brussel kien qed jieħu €52,000, Cachia Caruana kien diġa’, fl-2004, kien qed jieħu €72,000. Fl-2009, meta ambaxxatur kien jieħu €57,000, dan f’daqqa waħda beda jingħata €132,000. Meta spiċċa fl-2012, waqt li ambaxxatur nortmali jieħu €57,000, Cachia Caruana kien jingħata €145,000. Aktar minn hekk, bħala representation allowance, filwaqt li ambaxxatur kien qed jieħu €3,262, Cachia Caruana kien qed jieħu €8,467.
Fi ftit kliem kien jieħu ftit inqas minn €13,000 fix-xahar.