Dan il-lejl kien hemm il-finali tas-Super Bowl f’New Orleans, fejn Philadelphia Eagles għelbu lil Kansas City Chiefs bl-iskor ta’ 40-22.
F’din l-akbar logħba fl-Istati Uniti kien hemm preżenti bosta personalitajiet. Fost dawn kien hemm il-President Amerikan Donald Trump, li sar l-ewwel President attwali li attenda għal din il-partita.

Preżenti wkoll kien hemm il-kantanta internazzjonali Taylor Swift, li ġiet ibbuwjata mill-partitarji tal-Eagles x’ħin dehret fuq l-iscreen tal-istadium. Dan hekk kif hi kienet qed tissapportja lil-għarus tagħa Travis Kelce.
Anki Trump iddieħaq bil-fatt li ġiet ibbuwjata fuq il-midja soċjali, hekk kif Taylor Swift kienet issapportjat lir-rivali tiegħu, Kamala Harris waqt l-elezzjoni Presidenzjali ta’ Novembru li għadda.

Preżenti wkoll kien hemm il-plejers ta’ Inter Miami, Lionel Messi, Luis Suarez, Jordi Alba u Sergio Busquets – kollha eks plejers tat-tim Spanjol ta’ Barċellona.
