Il-captain tat-tim nazzjonali Arġentin, Lionel Messi se jingħaqad mat-tim Amerikan ta’ Inter Miami.
Din l-aħbar tħabbret mill-ġurnalist sportiv rinomat, Fabrizio Romano, li qal li din se titħabbar b’mod uffiċjali fis-sigħat li ġejjin.
Dan se jfisser li Messi, li rebaħ it-Tazza tad-Dinja f’Diċembru li għadda mat-tim nazzjonali Arġentin, se jingħaqad mat-tim tal-eks captain tat-tim nazzjonali Ingliż, David Beckham.
Għal dawn l-aħħar sentejn, Messi lagħab mat-tim Franċiż, PSG.
Dan se jfisser li Lionel Messi mhux se jerġa’ jingħaqad mat-tim Spanjol ta’ Barċellona, li miegħu lagħab għal sbatax-il sena.