Il-plejer internazzjonali Arġentin Lionel Messi ġie ppreżentat uffiċjalment minn PSG illum f’konferenza stampa.
Fl-istess konferenza, Messi saħaq li hu qed joħlom li jirbaħ iċ-Champions League ma’ Paris Saint-Germain u qal li jaħseb li għandu t-tim biex jagħmel dan.
PSG għadhom qed iffitxu l-ewwel titlu tagħhom f’kompetizzjoni Ewropea wara li tilfu l-finali tal-elfejn u għoxrin kontra Bayern Munich.
Messi spjega li kienet bidla diffiċli wara żmien twil jgħix ġewwa Barcelona iżda qal li mal-mument li wasal ġewwa Pariġi ħassu kuntent ħafna u jinsab ħerqan biex jibda jitħarreġ mal-bqija tat-tim.
Qabel ma ltaqa’ mal-midja, Messi kien ippreżentat bil-flokk tal-istaġun li ġej ta’ PSG fejn sar magħruf li se jilgħab bin-numru tletin.