Persuna mhux magħrufa jidher li qed tuża kont fittizju ta’ Facebook biex tibgħat messaġġi fuq profil falz ta’ Facebook lill-pubbliku bir-ritratt tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Fi stqarrija, l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru appella biex kull min jirċievi messaġġ mingħand dan il-persuna, għandhom jirrapurtaw ma’ Facebook immedjatment. Jekk persuna jkollha dubju għandha tikkuntattja lill-customer care fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru għas-Saħħa.
L-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru rrapurtaw ukoll l-fake profile lil Pulizija.