L-eks Kap tas-Segratarjat tal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson, Dominic Cummings, ippubblika messaġġi bi kliem mhux xieraq li apparentament bagħat Johnson biex jesprimi d-diżappunt tiegħu fil-Ministru għas-Saħħa.
Mhux xi sigriet illi Cummings u l-Ministru għas-Saħħa Ingliż Matt Hancock ma kinux jaraw għajn m’għajn dwar il-mod kif kienet qed tiġi mmaniġjata l-imxija tal-COVID-19.
Tant, li Cummings qal li Hancock u l-Prim Ministru Ingliż gibdu kemm-il darba dwar il-fallimenti fil-kontroll tal-imxija. Huwa tenna li la Downing Street gideb dwar kwistjonijiet ta’ din l-importanza, il-Gvern ma jistax jiġi fdat la fuq il-COVID u lanqas fuq kwistjonijiet sensittivi oħra.
Il-Ministru għas-Saħħa Ingliż ċaħad li hu gideb lill-Prim Ministru Boris Johnson dwar l-ittestjar li sar fost pazjenti li kienu qed jieħdu l-kura fl-isptarijiet.