“Messaġġ ta’ tama.”
Hekk ġie deskritt id-diskors b’saħħtu li għamel il-Prim Ministru Robert Abela waqt id-79 Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fl-istat Amerikan ta’ New York.
Fil-fatt, f’kollegament telefoniku ma’ One News, il-President ta’ The Ramblers’ Association u l-ambjentalista, Ingram Bondin, innota li fil-messaġġ tiegħu l-Prim Ministru semma l-impenn ta’ Malta fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
“Naħseb li kien messaġġ ta’ tama u fl-istess ħin kien ċanfira għal min qiegħed ikaxkar saqajh fejn jidħlu deċiżjonijiet bżonnjużi għall-pjaneta, speċjalment fejn jidħol il-protezzjoni tal-ibħra ul-ġlieda kontra l-għoli tal-livell tal-baħar. Issa naħseb illi importanti huwa li fid-dawl ta’ dan id-diskors il-pajjiż ikompli jieħu dawk id-deċiżjonijiet li hemm bżonn biex inaqqas l-emissjonijiet biex hekk ukoll ikun qed jagħmel is-sehem tiegħu f’din il-ġlieda kontra t-tibdil tal-klima.’’
Dwar dan irreaġixxa wkoll id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg waqt Sibt il-Punt fuq ONE, fejn saħaq li l-Prim Ministru kellu diskors b’saħħtu ħafna mhux biss rigward sfidi kurrenti iżda wkoll rigward dawk futuri bħal tibdil fil-klima u x’inhu l-irwol tagħna bħala pajjiż f’dan kollu.
Huwa qal li s-sitwazzjoni lil’hinn minn xtutna hija waħda inkwetanti fejn fosr l-oħrajn għamel referenza għall-gwerer li għaddejjin fil-Libja kif ukoll fl-Ukrajna. Id-Deputat Prim Ministru kellu wkoll kumment sbieħ għal Malta fil-fora internazzjonali.
‘’Wieħed jista’ jikkwota dak li qal is-Segretarju Ġnerali, qal meta jiena nara li għandi laqgħa mat-tmexxija Maltija jiena inserraħ rasi, għax naf fejn qiegħed magħkom naf li intom meta ser iqum l-għawġ u meta ser niddiskutu jekk hux gwerer, jekk jux tibdil fil-klima jekk hux armi nukleari naf illi intom pajjiż li internazzjonalment timxu mat-trattati, timxu ma dak li huwa sewwa,u allura aħna għandna prediction ta’ kif ser tkun il-pożizzjoni Maltija meta ser niddiskutu t-tali suġġett u allura dak huwa l-isbaħ ċertifikat’’