F’attività li seħħet f’Jum San Valentinu, 20 persuna fl-amministrazzjoni ta’ diversi dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita tas- Segretarjat Parlamentari għal persuni b’diżabilita’ u anzjanita attiva, inkluż is-Segretarju Parlamentari, Anthony Agius Decelis għażlu li fil-jum iddedikat għall-imħabba, ixerrdu mħabbtihom b’donazzjoni tad-demm.
Is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis tkellem dwar l-importanza tal-għoti tad-demm u stqarr li ħafna nies iżommu lura milli jagħmlu dan il-ġest tant nobbli għall-fatt li jaqtgħu qalbhom jew jibżgħu li l-proċess jikkawżalhom xi wġiegħ.
Id-Direttur taċ-Ċentru tal-Għoti tad-demm spjega li ta’ kull filgħodu, iċ-Ċentru, jisbaħ bi sfida li jilħaq il-mira ta’ 50 borża demm kuljum u ddeskriva attivitajiet bħal dawn bħala serħan il-moħħ għalih kif ukoll għat-tobba u l-kirurgi ta’ Mater Dei li r-riserva tad-demm tkun dejjem b’saħħitha u lesta għal kull eventwalità.