Tfal li ġejjin minn pajjiżi differenti tal-Lvant Nofsani u li jgħixu f’pajjiżna, kellhom messaġġ għat-tfal Palestinjani li bla ebda ħtija, qed jitilfu ħajjithom jew isofru minħabba l-gwerra f’Gaza.
Fiċ-ċentru tal-Informazzjoni għall-Kultura Għarbija fl-Imsida, it-tfal ingħaqdu flimkien biex id f’id iwasslu l-messaġġ li minkejja l-gwerra, it-tfal huma innoċenti u ma ħaqqhomx jgħaddu minn dan il-martirju.
Waqt dan l-avveniment it-tfal għamlu diversi attivitajiet fosthom reċta li tiddeskrivi dak li għaddejjin minnu t-tfal fil-Palestina.
L-organizzatriċi tenniet li dan se jibda jsir kull nhar ta’ Sibt, biex kull min irid isemma’ leħnu favur tfal li qed ibatu inġustament, ikunu jistgħu jagħmlu dan.