‘Ħbieb tiegħi,
‘Erba’ snin ilu kont wissejtkom li Labour Won’t Work. Araw x’ġara issa?! Ħlief aħbarijiet dwar għeluq ta’ fabbriki u lukandi m’aħniex nisimgħu!
‘Erba’ snin ilu kont għedtilkom li jekk jitla’ l-Labour, il-qgħad jirdoppja. Kelli raġun għax il-qgħad minn 7,000 tela’ għal 14,000!
‘Erba’ snin ilu kont għedtilkom biex ma temmnuhx lil Joseph Muscat li kien se jraħħsilkom il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. Kont tajtkom il-parir biex taħslu l-ħwejjeġ bil-lejl, għax dik kienet l-unika soluzzjoni għall-kontijiet għolja. Ma smajtux minni, u bqajtu bil-kontijiet għoljin u mingħajr tariffa orħos għal bil-lejl.
‘Kont għedtilkom, erba’ snin ilu, li b’Joseph Muscat prim ministru konna se nispiċċaw għar-rkuptejna fi Brussel nitolbu bailout mill-Unjoni Ewropea. U għar-rkuptejna spiċċajna (nittalbu għall-voti).
‘Jekk erba’ snin ilu ma ħadtunix bis-serjeta’ u ma emmintunix, din id-darba m’għandkomx għalfejn ma teħduniex bis-serjeta’ u ma temnunix.
‘Issa f’idejkom. Jien nirrispetta l-intelliġenza tagħkom.’
Simon Busuttil,
Ko-Kap tal-Forza Nazzjonali,
Dar Ċentrali,
Triq il-Gremxul,
Filfla,
Repubblika tal-Prinċipji u mhux tal-Proposti.