M’hemmx dubju li wieħed mill-mumenti fejn ommijiet jibdew jitħassbu dwar uliedhom huwa meta jiksbu l-liċenzja tas-sewqan jew idumu barra sa tard bil-lejl u jkunu jridu jsuqu lura lejn id-dar. Għalhekk huwa floku ħafna l-messaġġ li telgħu Transport Malta fit-toroq Maltin lejliet Jum l-Omm u li ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna. Messaġġ sempliċi li jgħid: “Attent kif issuq, ommok xxx” Agħmel share tal-artiklu ħa nwasslu l-messaġġ.