Adrian Delia tenna li mhux ser iħalli attakki bħal ta’ Therese Comodini Cachia jfixkluh mix-xogħol li qed jagħmel.
Dan wara li Therese Comodini Cachia ħarġet tattakkaħh fuq l-eżami li Delia għamel fil-Qorti lill-Editur tal-Lovin Malta b’rabta mal-libell li fetaħ Delia kontra s-sit li fuqu għad għandu kontroll enormi l-istrateġista tal-Kap Bernard Grech, Chris Peregin.
Fuq twitter Comodini Cachia, li ilha bit-tikketta ma’ Delia tant li riedet tieħodlu postu bħala Kap tal-Oppożizzjoni, qalet li dak li għamel Delia fil-Qorti mal-Lovin Malta kien surreali u dak li sejħet bħala ‘poor taste’.
Iżda dwar dan Delia qalilha li hu jaf sew x’inhuwa x-xogħol tiegħu bħala Avukat.
Għal dak li Comodini Cachia sejħet bħala poor taste, Adrian Delia kompla jtenni kif huwa kien aġixxa b’mod rett kemm bħala avukat iżda wkoll bħala politiku fid-difiża tal-libell li fetaħ hu stess fil-Qorti.
Qal, “Dak li għamilt kien mhux biss professjonalment tajjeb, politikament etiku imma fid-difiża ta’ dak li jien qed nagħmel ġewwa l-Qorti.”
Adrian Delia spiċċa jagħti x’jifhem li dawn l-attakki minn Therese Comodini Cachia huma intiżi biex iwaqqfuh minn xogħlu fil-Partit li kien imexxi.
Qal, “M’hu ser inħalli xejn, partikolarment affarijiet żgħar hekk, li jneħħuli il-focus mix-xogħol illi hemm.”