Waqt diskors politiku fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat appella kontra li l-politika ta’ tribujiet.
Appella biex ma naqgħux fin-narrativa mill-ġdid tal-‘aħna u huma’, għaliex dik hi l-mentalità li l-Partit Laburista uża għal kważi 30 sena. Qal li jista’ jagħti garanzija li kull darba li l-Partit Laburista mar għall-elezzjoni b’ din il-mentalità, ħareġ tellief. Kompla jgħid li huwa aktar komdu li l-partit jingħalaq fih innifsu, iżda dan meta n-nies jiġu biex jitfgħu l-vot fil-kaxxa, isib li għandu ħames snin oħra fl-Oppożizzjoni.
Il-Prim Ministru qal li issa li ġie elett Deputat Mexxej ġdid għall-Affarijiet tal-Partit, jista’ jiddedika ferm aktar ħin biex ir-riżultati li nkisbu s’issa mill-Gvern jirdoppjaw. Saħaq li teħtieġ aktar komunikazzjoni u li l-Partit għandu jkun riflessjoni tal-kumplament tas-soċjetà.
L-ideat, stqarr Joseph Muscat, jeħtieġ li jiġu mill-għeruq umbad jiddakkru mill-kumpalment tal-organizazzjoni. Għaraf li l-Gvern għamel żbalji, iżda għaraf ukoll li minn-naħa tal-Oppożizzjoni m’hemm ebda proposta ta’ sustanza. Kompla jgħid li jeħtieġ aktar għaqal fil-Partit Laburista, aktar umiltà u aktar ‘self-confidence’.
Qal li l-ewwel biċċa xogħol tad-Deputat Mexxej ġdid se tkun li jingħaqad f’ħidma maż-żewġ kontestanti l-oħra, filwaqt li juża wkoll lil nies oħra li lesti jaħdmu biex tinbena struttura li timmodernizza l-Partit. It-tieni sfida hija li jwettaq dak il jwiegħed lid-delegati, u fuq dan il-Prim Minstru wiegħed l-appoġġ kollu tiegħu lid-delegati. Ħa jsib l-appoġġ tal-Prim Ministru.