“Team Simon kisser partit, missejna l-qiegħ sew! Tal-mistħija! Tistħi tgħid li int Nazzjonalist”.
Dan huwa wieħed mill-messaġġi li ġew illikjat minn grupp tal-kandidat għall-Parlament Ewropew Frank Psaila li minkejja l-appoġġ kbir li kellu mill-magna tal-partit baqa’ ma telax.
Nies mill-fazzjoni tal-kap Nazzjonalista Adrian delia waħħlu fil-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil għat-telfa li ġarrab il-partit.
Il-messaġġ f’dan il-grupp inkiteb minn partitarju tal-fazzjoni tal-Kap Adrian Delia. Il-messaġġ intbagħat meta sar magħruf li l-Partit immexxi minn Delia ġarrab telfa kbira fl-istorja u tilef it-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew.
F’dan il-grupp Psaila qal lill-partitajri Nazzjonalisti li jappoġġjaw lilu u lil Delia, li ma ġiex elett.
B’partitarju ieħor mill-fazzjoni ta’ Delia qal li llum Simon Busuttil u dak l-għaref David Thake rebbieħa għax ġew eletti Roberta Metsola u David Casa.
Filwaqt li partitarju ieħor fil-fazzjoni ta’ Delia qal li dan ir-riżultat huwa daqqa oħra għall-Kap.
Dan kollu jindika li dawn l-elezzjonijiet komplew joħolqu aktar inkwiet u qasma fil-Partit Nazzjonalista.
Bil-fazzjoni ta’ delia twaħħal fil-fazzjoni ta’ Simon Busuttil għat-telfa storika li ġarrab il-Partit Nazzjonalista.
Filwaqt li l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil qiegħda twaħħal fil-fazzjoni ta’ Delia li wassal lill-Partit Nazzjonalista għall-ikbar telfa.
Saħansittra meta kien hemm l-ewwel indikazzjonijiet tar-riżultat, il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil bdiet twaħħal karti mal-każini tal-Partit Nazzjonalista fosthom ta’ San Pawl il-Baħar, Ħal Balzan u Swieqi – bl-għajta – Jixraqilna aħjar Nazzjonalisti.
L-istess nies waħħlu wkoll poster, b’ritratti ta’ meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-glorja, u kitbu l-messaġġ we deserve better Nazzjonalisti.