F’konferenza tal-aħbarijiet f’Berlin bejn il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, u l-President Franċiż Emmanuel Macron, intqal li l-viżjoni komuni għall-Ewropa se tkun preżentata sa Ġunju.
Macron qal li jeħtieġ li jkun hemm solidarjetà fiż-żona ewro, hekk kif l-ebda unjoni monetarja ma tista’ teżisti mingħajr elementi ta’ konverġenza.
Merkel tkellmet dwar l-importanza ta’ sistema komuni ta’ kenn għar-refuġjati, hekk kif fi kliemha hija essenzjali għall-ħarsien moviment ħieles bejn l-istati membri tal-Unjoni Ewropea.