Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel wiegħdet appoġġ sħiħ għall-vittmi ta’ fost l-agħar għargħar li qatt laqat il-Ġermanja fl-aħħar snin li s’issa ħalla aktar minn 120 persuna mejta u aktar minn elf oħra rrapportati nieqsa.
Intant, il-Belġju, pajjiż ġar tal-Ġermanja, wkoll huwa milqut minn maltemp qawwi fejn saħansitra tilfu ħajjithom 11-il persuna.
Bħalissa qed jiġi rrapportat rekord ta’ xita fil-Punent tal-Ewropa.