Il-Kanċillier Angela Merkel ferħet lill-Prim Ministru l-ġdid ta’ Malta, Dr Robert Abela.
F’ittra ppubblikata mid-Dipartiment tal-Informazjoni tal-Gvern Federali, Merkel ferħet lil Dr Abela wara li ħa l-ġurament tal-ħatra bħala l-Prim Ministru ta’ Malta.
Il-Kanċillier tal-Ġermanja qalet li ż-żewġ pajjiżi għandhom relazzjoni ta’ ħbiberija ma’ xulxin u qiegħda tħares ’il quddiem li tkompli tkattarha għal koperazzjoni attiva għall-benefiċċju tal-poplu Malti, Ġermaniż u Ewropew.