Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel iddefendiet id-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea li t-tilqim kontra l-COVID-19 jinxtara u jitqassam b’mod konġunt.
Bħalissa l-Mexxejja Ewropej qed jiddiskuru d-diversi kunsinji tat-tilqim li hemm disponibbli, u kif dawn jistgħu jitqassmu aħjar bejn i-27 Stat Membru.
Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen qalet li dan is-summit ta’ jumejn se jassigura li ċ-ċittadini Ewropej jirċievu d-dożi tal-vaċċin b’mod ġust.