Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel appellat lill-President Russu Vladimir Putin sabiex jeħles mill-ħabs lill-Kap tal-Oppożizzjoni Russu, Alexei Navalny.
Dan intqal waqt laqgħa bejn iż-żewġ mexxejja fl-ewwel anniversarju minn meta Navalny kien ġie vvalenat.
Il-President Russu wieġeb lura lil Merkel, hekk kif qal li Navalny ma jinsabx il-ħabs minħabba l-politika.
Fi Frar li għadda, Navalny, wieħed mill-akbar kritiċi ta’ Putin weħel tliet snin u nofs ħabs.
Din iż-żjara ta’ Merkel ġrat fl-aħħar ftit ġimgħat tat-terminu tagħha bħala Kanċillier Ġermaniż wara 16-il sena.
Dan hekk kif Merkel mhux se tikkontesta l-elezzjoni fil-Ġermanja fl-aħħar ta’ Settembru li ġej.