Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel wissiet li sa 70 fil-mija tal-popolazzjoni fil-pajjiż, jiġifieri 58 miljun ruħu, jistgħu jiġu infettati bil-coronavirus.
Merkel għamlet din id-dikjarazzjoni fl-ewwel konferenza tal-aħbarijiet li indirizzat dwar is-suġġett flimkien mal-Ministru tas-Saħħa Jens Spahn.
Hija qalet li l-attenzjoni se tkun biex dan il-virus ma jinferix peress li s’issa għad m’hemm kura għal dan il-virus. Sostniet li l-għan tal-Gvern Ġermaniż hu li jirbaħ iż-żmien.
Ir-rimarki tagħha saru wara li l-Italja daħlet fit-tieni jum ta’ lockdown nazzjonali.
Il-Prim Ministru Giuseppe Conte ħabbar l-għeluq tal-iskejjel, gyms, mużewijiet, ħwienet ta’ divertiment u postijiet oħra madwar il-pajjiż. Dan meta l-għadd ta’ persuni infettati b’din l-influwena qabeż l-10,000 ruħ.