Fl-2019, il-Ġermanja se terfa responsabbiltà internazzjonali ikbar u se żżomm mat-twemmin tagħha. Dan wegħditu Angela Merkel waqt l-inidirizz annwali tagħha.
Il-Kanċillier qalet li opinjonijiet antiki fuq il-kooperazzjoni internazzjonali tpoġġew taħt pressjoni, u hawn kienet qed talludi għar-relazzjoni bejn pajjiżha u l-Istati Uniti.
Matul l-2018, il-President Amerikan Donald Trump beda gwerra bil-kliem fuq diversi kwistjonijiet Ġermaniżi.
Dan filwaqt li Merkel kienet fuq quddiem nett fid-difiża tal-multilateraliżmu, għal kuntrarju ta’ Trump bil-politika tiegħu ta’ America First.