Lejliet l-elezzjoni fil-Ġermanja, il-Kanċillier Angela Merkel tat l-aħħar imbuttatura lill-kandidat Armin Laschet mill-partit ċentru lemini.
Din il-kampanija mistennija tkun taqtigħa sal-aħħar minuta hekk kif għad m’hemmx indikazzjoni ċara ta’ min mistenni jkun is-suċċessur ta’ Merkel.
Merkel faħħret lill-kandidat Laschet u ddeskrivietu bħala persuna li kapaċi tibni l-pontijiet u tattira n-nies.
Angela Merkel ilha tiddomina x-xena politika Ġermaniża għal dawn l-aħħar sittax-il sena bħala Kanċillier.
Ritratt: EPA