Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qed jiddiskuti r-restrizzjonijiet ta’ COVID ma’ Angela Merkel fl-aħħar żjara uffiċjali tagħha fir-Renju Unit bħala Kanċillier Ġermaniż.
Fuq l-aġenda hemm ukoll il-kummerċ u r-relazzjonijiet wara Brexit. Huwa maħsub li Merkel tixtieq li tipprojbixxi lit-turisti kollha mir-Renju Unit milli jidħlu fl-Unjoni Ewropea minħabba tħassib dwar il-varjant Delta.
Il-laqgħa saret fir-residenza tal-Prim Ministru f’Bukinghamshire.
Merkel se tindirizza laqgħa tal-Kabinett Ingliż, u se tkun l-ewwel mexxej barrani wara li fl-1997 l-eks President Amerikan Bill Clinton kien ukoll indirizza l-Kabinett.
Il-Kanċillier Ġermaniż se tkun qed tiltaqa’ mar-Reġina fil-Kastell ta’ Windsor.