Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Markel mhux se tikkontesta l-elezzjoni tat-tmexxija tal-Partit tagħha f’Diċembru li ġej.
Id-deċiżjoni tagħha ġiet wara li l-partit li tmexxi hi sofra telfa sinjifikanti fl-elezzjonijiet reġjonali, u b’hekk, qed tkun mhedda l-istabbiltà tal-koalizzjoni li qed tiggverna l-Ġermanja bħalissa.
Merkel ilha tmexxi l-partit magħruf bħala CDU mill-2000, u kienet ilha Kanċillier tal-Ġermanja mill-2005.
Minkejja li se tirreżenja mit-tmexxija tal-Partit, hija xorta għandha x-xewqa li tibqa’ Kanċillier tal-Ġermanja.