Angela Merkel se tirreżenja minn Kanċillier tal-Ġermanja fl-2021 wara riżultati xejn sbieħ għall-partit li tmexxi hi, is-CDU, fl-aħħar elezzjonijiet fil-Ġermanja.
Hija kkonfermat dan ftit tal-ħin ilu f’konferenza tal-aħbarijiet.
Din l-aħbar ġiet ftit tal-ħin biss wara li Merkel ikkonfermat li mhux se tikkontesta l-elezzjonijiet tat-tmexxija tal-partit tagħha f’Diċembru li ġej, iżda xtaqet li tibqa’ Kanċillier. Hija kienet ilha tmexxi s-CDU mill-2000, u kienet ilha Kanċillier tal-Ġermanja mill-2005.
Fl-istess konferenza, Merkel qalet li se terfa’ kull responsabbiltà tar-riżultati tal-elezzjoni fl-Istat Ġermaniż ta’ Hesse.