Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel qalet li taqbel mal-ilbies tal-burka fejn dan huwa legalment possibbli.
Huwa fatt li l-projbizzjoni totali tal-burka jmur kontra l-kostituzzjoni tal-pajjiż. Iżda waqt laqgħ tal-partit tagħha CDU, qalet li taqbel mal-projbizzjoni ta’ dan it-tip ta’ lbies fi skejjel, qrati u binjiet oħra tal-istat.
Merkel kienet eletta mill-ġdid bħala mexxejja tas-CDU imma għandha sfida kbira quddiemha – dik li tirbaħ lill-partit AfD fil-polls tas-sena d-dieħla. Dan huwa partit li jopponi bi sħiħ l-immigrazzjoni.