Fit-tielet ġurnata tal-kampanja l-Prim Ministru u Mexxejn Laburista Joseph Muscat ingħata merħba sabiħa f’Ta Xbiex. Il-Mexxej Laburista spjega l-wegħdiet ewlenin lill-folla numeruża li nġabret. Permezz ta’ facebook live, il-Prim Ministru stqarr li din kienet żjara pożittiva oħra u li ħa pjaċir jiltaqa’ u jitkellem man-nies flimkien mal-kandidati. Fil-jum li l-Partit Laburista qed jiffoka dwar il-wegħda ta’ inqas taxxi u aktar flus f’butek, il-mexxej Laburista ta elenku tal-miżuri mwegħda.