Folla mdaqqsa nġabret f’Ħal Lija fejn tat merħba mill-isbaħ lill-Prim Minsitru ta’ Malta Joseph Muscat b’ċapċip u kliem ta’ tifħir. Dan hekk kif fit-30 jum tal-kampanja elettorali, il-Prim Ministru qed iżur il-komunità ta’ Ħal Lija.
Il-Prim Ministru sostna kif din hi lokalità li dejjem tibqa’ marbuta ma’ qalbu għax nanntu kienet minn hemm u din hi l-ewwel elezzjoni li mhux se tkun qed tivvota. Spjega kif fadal biss ftit jiem biex bħala poplu nivvutaw u nagħtu l-fiduċja tagħna lejn Gvern Laburista.
Muscat qal li dak li ġie mwiegħed, twettaq fosthom ir-roħs fil-kontijiet, it-tnaqqis fit-taxxi u ż-żieda fil-pensjonijiet fejn qal li dak li ħaddieħor kien se joħloq “aħna ħlomnieh u wettaqnieh aħjar.”