Wara li ġew inkurunati champions tar-Rugby Europe Sevens, Men’s Conference 2, ftit ilu waslu lura f’pajjiżna t-Tim Nazzjonali tar-Rugby. Flimkien magħhom waslu wkoll it-tim tan-nisa li wkoll kisbu riżultati tajbin li ma kienux qed jistennew.
Minkejja dawn is-suċċessi u l-appelli li saru aktar kmieni, il-merħba għaż-żewġ timijiet kienet waħda fqira.
Sadanittant, il-Viċi President tal-Malta Rugby Football Union Joseph Borda spjega kif jinsabu ottimisti għal dan ir-riżultat u aktar minn hekk spjeġa ukoll kif aktar żgħażagħ permezz ta’ proġetti tal-gvern qed jitħajjru aktar jippratikaw dan it-tip ta’ sport. Minn naħa tagħhom il-Captains tal-ġruppi spjegaw kif matul il-logħob ħadmu u stinkaw għal kull lobgħa b’mod specjali in-nisa fejn ħadmu qatigħ għal ħdax il-xahar sħiħ.
https://youtu.be/yWY1Cib4-ME