Simon Mercieca, li fl-aħħar jiem ikkritika fil-miftuħ it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, qal li ma jaqbilx ma’ Ray Bugeja, li Simon Busuttil iwarrab bħalissa.
Ray Bugeja, li kien ikkontesta għal kap tal-Partit Nazzjonalista u kien fl-eżekuttiv tal-Partit qabel irriżenja, qal fuq twitter li mexxej tajjeb għandu jgħaraf meta jwarrab. Dan fi żmien fejn qed tikber il-pressjoni fuq Simon Busuttil.
Iżda fil-Mument, Mercieca kiteb “mhux se nidħol fil-mertu tal-kumment tiegħu, anke jekk ma naqbilx miegħu. Mexxej ta’ partit ma jinbidilx sena qabel l-elezzjoni.”
Żied li hija elezzjoni, jew aħjar ir-riżultat tagħha, l-miżura li tkejjel mexxej ta’ partit.
Mercieca fakkar li fl-aħħar jiem ma kienx hu biss li kritika t-tmexxija u kritika lil min qal li wieħed għandu jwarrab jekk ma jaqbilx mat-tmexxija ta’ Busuttil.