Mozzjoni dwar Malta mbuttata minn Simon Busuttil u l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti Roberta Metsola u David Casa għaddiet fil-Parlament Ewropew.
Madankollu bosta Membri Parlamentari Ewropej qed jirrikonoxxu r-riformi li wettaq il-Gvern Malti mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba.
Id-deċiżjonijiet li ħa l-Gvern Malti mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, kienu għaqlin biex is-saltna tad-dritt f’pajjiżna hija waħda b’saħħitha.
Dan intqal mill-Viċi President tal-Parlament Ewropew, il-Ġermaniża, Katarina Barley u l-Membru Parlamentari Ewropew Spanjol Juan Fernando López Aguilar f’intervisti li kellhom ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet.
Katarina Barley faħħret lill-Gvern Malti u fakkret kif il-ġimgħa l-oħra, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet kif is-sistema ġudizzjarja f’pajjiżna hija indipendenti.
Barley stqarret: “The efforts that the current Maltese government has made, especially when it comes to the judiciary reforms, we were very pleased to hear just last week from the European Court of Justice that the judiciary reforms of the Maltese government are completely alligned with the rule of law and even strengthen the independence of the judiciary.”
Min-naħa tiegħu, il-Membru Parlamentari Ewropew Spanjol qal kif f’Malta kien hemm progress kbir fil-qasam tal-governanza u t-tisħiħ tas-saltna tad-dritt.
Huwa qal, “We have seen that there was progress in the making, we have seen it for the first time ever, there has been judicial reform and there has been anti-corruption strategy. There has been a number of step forwards that has endorsed held and backed by the whole of the European Socialist family.”
Il-Viċi President tal-Parlament Ewropew qalet kif l-għeruq ta’ kwistjonijiet marbuta mas-saltna tad-dritt f’pajjiżna ġejjin minn żmien Gvernijiet Nazzjonalisti.
Barley sostniet: “There are issues in Malta, that this has been there for a long time, that is not depend on a government that has been there in the conservative governments too and they have to be tackled.”
Ma’ ONE News, Katarina Barley qalet kif hemm pajjiżi oħra bi kwistjonijiet serjissimi dwar is-saltna tad-dritt, bħall-Polonja, l-Islovenja, l-Ungerija u l-Bulgarija.
Min-naħa l-oħra, il-Membru Parlamentari Ewropew Spanjol qal magħna kif f’pajjiżna, l-istituzzjonijiet qegħdin jaħdmu, hekk kif tressqu diversi persuni l-Qorti b’rabta mal-każ ta’ qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
López Aguilar tenna: “And it also taken investigations led by exercises of international of police cooperation, including the FBI and Europol. Eventually there has been investigations but also prosecutions and convictions, not only with people brought to justice, not only people brought to justice, people convicted and imprisoned for good reason. So I think this is not a case of systemic breach of rule of law.”
Intant fi stqarrija, il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej irrikonoxxa r-riformi li saru fis-saltna tad-dritt taħt il-Gvern Malti immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela.
Il-President tas-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew, Iratxe García Pérez qalet li l-Gvern Malti qed jikkopera bi sħiħ biex issir ġustizzja wara l-qtil ta’ Caruana Galizia.
Saħqet li l-mod trasparenti li Malta qed taħdem mal-Unjoni Ewropea u istituzzjonijiet oħra qed joħolqu livell ġdid ta’ trasparenza għall-istati membri l-oħra.
Intant qabel ma ħareġ ir-riżultat tal-vot tar-riżoluzzjoni dwar Malta, Simon Busuttil, illum l-assistent ta’ Manfred Weber tal-Partit Popolari Ewropew, infexx f’attakk kontra Malta.
Busuttil warrab ir-riformi u l-passi favur il-ġustizzja li rrimarkaw għalihom bosta Membri Parlamentari Ewropej u minflok kompla jistmerr lill-pajjiżna.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/04/29/il-pl-jghid-li-wara-l-vot-fil-pe-dwar-malta-tohrog-il-prova-li-fil-pn-ma-nbidel-xejn/