Gżira United F.C. ħabbru aktar akkwisti hekk kif l-ex captain ta’ Santa Lucia F.C. Jackson Mendoza ffirma kuntratt ta’ sentejn mal-maroons.
Il-Kolumbjan ta’ 22 sena kien wieħed mill-plejers barranin li spikkaw matul l-istaġun li għadda fit-tim ta’ Santa Lucia FC u bla dubju dan l-akkwist ser jkun wieħed importanti ferm għat-tim ta’ Darren Abdilla.
Mendoza ffirma fil-preżenza tal-President Sharlon Pace u l-Viċi President Roberto Cristiano.