Newton Cardoso Jr, membru tal-Kungress Brażiljan, faħħar il-mudell adottat minn Malta fir-regolamentazzjoni tal-industrija tal-gaming bħala wieħed eżemplari.
Hu kien qed jiġi intervistat mill-kumpanija SiGMA, li twieldet minn pajjiżna u llum mifruxa madwar id-dinja kollha, waqt ċelebrazzjoni li saret fl-okkażjoni tar-relazzjonijiet diplomatiċi b’saħħithom li jeżistu bejn Malta u dan il-pajjiż fl-Amerka t’Isfel.
Cardoso nnota l-mod kif avvanzat Malta f’diversi oqsma u anke ħolqot qafas b’saħħtu f’din l-industrija, li toffri mpjiegi ta’ kwalità.
“Of course when a country has such an investment in education, has a traditional investment in internationalizing their economy, it becomes a nation of greater size than their geography and this is the case of Malta, it’s so much larger than the country itself because of the people that live there and the people of Malta are well respected and well welcomed in Brazil anytime.”
Newton Cardoso JR, Membru Kungress Brażiljan
Hu kompla li, permezz tal-Ambaxxatur Malti fil-Brażil, John Aquilina, skopra kemm il-kumpanija SiGMA rnexxielha tikber u ssir waħda mill-akbar li jeżistu fid-dinja.
Il-membru tal-Kungress Brażiljan tenna li, meta ltaqa’ ma’ Eman Pulis, il-Kap Eżekuttiv tas-SiGMA, innota t-tim eċċellenti li din għandha fil-Brażil stess.
Bħalissa qed jiġi organizzat it-tielet summit ta’ SiGMA f’Sao Paulo, fil-Brażil, li fil-ftuħ tiegħu laqqa’ ambaxxaturi, mexxejja tan-negozju u uffiċjali f’ikla li saret biex tfakkar il-50 anniversarju tar-rabtiet diplomatiċi bejn Malta u l-Brażil.
SiGMA qed tħejji għal aktar avvenimenti kbar din is-sena, inkluż f’Malta stess. B’kollox, it-30 avveniment differenti ppjanati, mistennija jattiraw aktar minn 110,000 delegat.