Il-Ġnus Magħquda qalu li wieħed mill-membri tagħha nqatel u ieħor indarab, waqt li kienu fit-triq lejn sptar fin-naħa t’isfel ta’ Gaza.
Ingħad li l-ħaddiema kienu qed jivvjaġġaw f’vettura tal-Ġnus Magħquda lejn l-Isptar Ewropew viċin Rafah, meta ġew attakkati.
Mhux magħruf min hu responsabbli għal dan l-attakk.
Il-militar Iżraeljan qal li l-ewwel investigazzjoni turi li l-vettura ġiet attakkata f’żona fejn hemm il-gwerra, u min kien qed isuq ma ġiex mgħarraf bir-rotta li ħa.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, Antonio Guterres, qal li jinsab imnikket ferm b’din l-aħbar u wassal il-kondoljanzi lill-qraba tal-vittma.