Membru Parlamentari Awstraljan ser ikun qed jiġi sospiż minn din il-kariga wara li qed ikun akkużat b’kuntatti u relazzjoni maċ-Ċina. L-Awtoritajiet Awstraljani għamlu rejd fid-dar u l-Uffiċċju ta’ Shaoquett Moselmane, f’New South Wales il-Ġimgħa.
Fil-midja internazzjonali qed jintqal kif il-Pulizija Awstraljana għadha għaddejja b’investigazzjonijiet.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Awstraljana Jodi McKay qalet li ser tkun qed tissospendi lil Shaoquett Moselmane, mill-partit tagħha sakemm jibqgħu għaddejjin dawn l-investigazzjonijiet fuq akkużi serji.