Joe Debono Grech u Nettu Farrugia.
Komuni bejniethom is-sens ta’ kburija bil-fatt li ilhom membri tesserati tal-Partit Laburista għal deċennji sħaħ.
“Għandek tkun kburi li inti membru ta’ partit illi ħlief ġid lill-poplu Malti m’għamilx. Kemm ilu mwaqqaf il-Partit Laburista, ħlief ġid lill-poplu Malti, biex mar ’il quddiem, qatt ma sar.”
Mill-ġlieda għall-ħelsien ta’ pajjiżna, għal perjodu mill-iktar iebes tal-inerdett, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ Malta tul is-snin u t-tiġdid riċenti, iż-żewġ persuni huma simbolu ta’ kif l-attiviżmu fil-politika jġib bidliet pożittivi kontinwament.
Għalhekk, l-appell tal-eks Ministru Debono Grech biex dawk li jemmnu fil-valuri tal-ġustizzja soċjali jibqgħu jkunu r-ruħ tal-partit Laburista.
“Kull Partit, biex iżomm ħaj, irid ikollu r-ruħ, u r-ruħ huma l-membri. Jien nagħmel appell lill-Maltin, speċjalment lil-Laburisti li huma ġenwini, vera, illi ħafna minnhom forsi kienu membri u ttraskuraw, u ma ħallsux. Issa l-Partit, dil-ġimgħa, qiegħed jagħmel appell illi dawk il-Laburisti u anke Maltin ta’ rieda tajba li jersqu lejn il-Partit.”
L-istess jemmen Nettu Farrugia, li ħajtu għaddiha attiv fl-istrutturi tal-partit, mhux l-inqas il-kumitati lokali. Jispjega kif is-sħubija hija sors ukoll biex jinżamm kuntatt kontinwu u jingħata sehem fil-proċessi tal-Partit Laburista u t-tfassil tal-politika għal pajjiżna.
“Aktar kemm ikollok numru għoli,ta’ membership, il-moral aktar ikun għoli. Il-Partit tana ħafna, u għadu jagħtina ,bil-Partit fil-Gvern. Jekk ma nsostnuhx bil-membership tagħna, bil-ħlas tal-membership, il-Partit ma jkunx jista’ jkompli jiġġedded.”
Huwa f’dan l-ispirtu li mijiet ta’ Maltin qed iġeddu s-sħubija tagħhom jew saħansitra jingħaqdu fil-Partit Laburista għall-ewwel darba bħala parti mill-kampanja Renew.
Kull min jixtieq jissieħeb mal-Partit Laburista, jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq 51602034, jibgħat SMS fuq 50619275, jew jissieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org.