Erba’ persuni ddaħħlu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku bejn tliet karozzi fin-niżla ta’ Burmarrad. Filwaqt li waħda kienet misjuqa fid-direzzjoni lejn il-Mosta, it-tnejn l-oħra kienu fi triqithom lejn Burmarrad.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejjħu fuq il-post biex joħorġu l-vittmi mill-karozzi. It-tliet xufiera u passiġiera mara ttieħdu l-isptar. Kelliema għall-Pulizija qalitilna li ma jinsabux fil-periklu tal-mewt.
Aktar dettalji la jaslulna.
Ritratt: MRTU