“Dan hu t-Teatru Nazzjonali, hu tiegħek ukoll, li ħallejt dan kollu”. Hekk qal messaġġ kmieni l-Ġimgħa filgħodu fuq il-paġna soċjali tat-Teatru Nazzjonali, li l-Ħamis filgħaxija spiċċa vittma ta’ traskuraġni kbira minn xi membri tal-udjenza, li ħallew l-iskart warajhom f’waħda mill-boxes tat-teatru.
Huwa mifhum li dan sar wara l-wirja tal-Ħamsi filgħaxija tal-pantomima tradizzjonali tal-Milied li bħalissa tinsab għaddejja fit-Teatru Manoel.
Fuq il-paġna uffiċjali, it-tmexxija tat-Teatru wriet dispjaċir kbir għal din it-tip ta’ atitudni, u fakkar kif fit-Teatru Manoel mhux permess ikel u xorb, ħlief ilma.