Sejħa għall-għanuna għand il-Protezzjoni Ċivili wasslet għas-salvataġġ ta’ żewġt iklieb li spiċċaw mitlufa fuq l-irdum qrib l-Imtaħleb.
Kien raġel li kien miexi fiż-żona li lemaħ dawn il-klieb u nduna kif wieħed minnhom ma kellux saħħa biżżejjed biex jitla’ minn dik iż-żona fejn bl-għatx li kellu saħansitra beda jixrob l-ilma baħar.
Wara tfittxija estensiva mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili mis-sezzjoni tax-Xemxija, li saħansitra kompliet sa tard filgħaxija.
Kien proprju sid il-klieb li sabhom iżda kienu wisq għajjenin u saħansitra kellhom bżonn l-għajnuna ta’ veterinarju.
Kien għalekk li l-membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu biex isalvaw lill-klieb li ttellgħu fuq stretcher u nġarru madwar tliet kilometri.
Huma minn hemm sabu ambulanza tistennihom fejn ittieħdu l-isptar tal-annimali.