Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili lbieraħ filgħaxija ħadmu bla qatigħ f’operazzjoni differenti.
Dan hekk kif kelba spiċċat waqgħet f’xaqq li kien hemm fil-blat fejn bl-ebda mod ma setgħet titla’ lura.
Kien għalekk li ssejħet l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili fejn raġel li kien hemm waqt l-operazzjoni faħħar kull min kien involut b’mod partikolari membru mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bl-isem ta’ Mark hekk kif sostna li għamel minn kollox biex isalvaha.
L-istess raġel tenna li imn’alla kienu huma hekk kif xi ħaġa li setgħet spiċċat fi traġedja għas-sena l-ġdida dawruha għal miraklu ċkejken.