Ilbieraħ filgħaxija membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mill-Istazzjoni ta’ Pembroke salvaw kelb tar-razza Labrador wara li waqa’ ġo bir abbandunat fond ta’ madwar sular fil-limiti tal-Università ta’ Malta.
B’xorti tajba l-kelb ma ġarrab l-ebda ġrieħi u rritorna ma’ sidu li kien hu li ċempel għall-għajnuna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Ħarsien għall-Annimali.