Uħud mill-membri tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista, jinsabu urtati u rrabjati li ma ġewx ikkonsultati dwar l-istqarrija li ħarġet l-MŻPN aktar kmieni llum li talbet għar-riżenja tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Irrapporta dwar dan is-sit tal-aħbarijiet Illum, li spjega kif sorsi fi ħdan il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista qalu li hemm rabja fost numru ta’ membri li ma ġewx infurmati bl-istqarrija uffiċjali li ttellgħet dalgħodu fuq il-paġna tal-MŻPN ta’ Facebook.
L-Illum ikkwota lis-sors jgħid li anki jekk hemm membri fl-eżekuttiv li huma xettiċi dwar Delia, ukoll ma qablux li kellha tittieħed pożizzjoni uffiċjali mingħajr diskussjoni fl-eżekuttiv.
L-Illum għamel kuntatt mas-Segretarju tal-MŻPN James Aaron Ellul li ma kkummentax u qal biss li dak li jiġri fi ħdan l-MŻPN jibqa’ fl-MŻPN.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/07/08/l-mzpn-jitlob-lil-delia-biex-iwarrab-u-jghidlu-li-d-demokrazija-mhux-fejn-jaqbel-lilu-biss/